Fil-laqgħa tagħhom tat-8 ta’ Mejju 2000 li saret f’Basel, il-Gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G10 iddiskutew il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-użu ta’ kompjuters personali fil-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus.
Bi tweġiba għat-theddida mill-użu ta’ kompjuters personali u apparat tax-xbihat diġitali, li kulma jmur qiegħed jiżdied fil-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus, il-Gvernaturi awtorizzaw ħidma minn grupp ta’ banek ċentrali (CBCDG) biex jiżviluppaw sistema li tiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni diġitali.
Il-grupp CBCDG u r-rappreżentanti tiegħu bdew jitolbu sostenn mill-industrija u jikkooperaw mal-manifatturi u l-iżviluppaturi tas-softwer biex jiffaċilitaw l-adozzjoni tas-sistema. Il-Gvernaturi japprovaw bis-sħiħ dawn l-isforzi u jappellaw lill-industrija biex tgħin ħalli tibda tintuża din is-sistema.