Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (Central Bank Counterfeit Deterrence Group – CBCDG) huwa marbut li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni personali tiegħek. Is-CBCDG la jiġbor, la jbigħ, la jibdel u lanqas jikxef jew juża b’xi mod ieħor informazzjoni miksuba permezz ta’ dan is-sit elettroniku, minbarra kif jidher hawn taħt.
L-informazzjoni li niġbru u naħżnu temporanjament meta int tidħol fis-sit
Is-CBCDG ma jfittex ebda informazzjoni oħra fuq min iżur is-sit tagħna. B’mod awtomatiku, is-CBCDG jiġbor u jaħżen temporanjament informazzjoni fuq il-konnessjoni tiegħek mal-internet meta żżur is-sit tagħna, iżda dan isir biss biex jiġu analizzati xejriet ġenerali fl-użu tas-sistema u biex issir manutenzjoni regolari tas-sistema. Din l-informazzjoni tinkludi dan li ġej:
- id-data u l-ħin meta int tidħol fis-sit tagħna;
- il-paġni li żżur;
- it-tip ta’ brawżer (e.g. Internet Explorer) u s-sistema li tuża biex tidħol fis-sit tagħna;
- l-indirizz IP (Internet Protocol) li huwa numru li jingħata awtomatikament lill-kompjuter tiegħek kull meta tfittex fl-internet u li permezz tiegħu jkollok aċċess għas-sit tagħna; aħna ma nippruvawx norbtu din l-informazzjoni mal-identità tal-utenti individwali.
Meta l-informazzjoni msemmija hawn fuq tiġi analizzata għal għanijiet ta’ statistika, l-informazzjoni titħassar. Is-CBCDG juża one-session cookies biex iħares is-servizzi tiegħu. (Cookie hija dejta li titniżżel fil-kompjuter minn sit partikolari biex jinżamm rekord ta’ kif jintuża s-sit, ġeneralment bla ma int tkun taf). Il-cookie titħassar meta tagħlaq il-brawżer jew meta terġa’ tixgħel il-kompjuter.
Meta tidħol f’dan is-sit, tkun qiegħed taqbel mal-użu tal-cookies.
Jekk tagħti ismek u informazzjoni oħra, is-CBCDG iżomm l-informazzjoni biex jipproċessa t-talba jew il-mistoqsija tiegħek. F’ċerti ċirkostanzi limitati, bħalma huma talbiet li jsirulna b’ordni tal-qorti, jista’ jkun li nkunu mġiegħla bil-liġi nikxfu l-informazzjoni li tibgħat.
Jekk jogħġbok innota li l-posta elettronika mhijiex dejjem sigura kontra l-interċettazzjoni, u li l-karatteristiċi tagħha f’dan is-sit mhumiex kodifikati.
Kif nużaw l-informazzjoni
Is-CBCDG juża l-informazzjoni – kemm dik li tinġabar awtomatikament kif ukoll informazzjoni oħra li tagħti int stess – biex iqis il-volum tat-talbiet għal paġni speċifiċi fl-internet, biex itejjeb is-sit u biex jirreaġixxi għall-ħtiġijiet u l-mistoqsijiet tal-utenti.
Għalkemm il-mistoqsijiet u l-kummenti li jsiru ġeneralment ma jinżammux bħala rekords permanenti, kull komunikazzjoni li nirċievu, kemm elettronika kif ukoll miktuba fuq karta, tista’ tidħol fir-rekords permanenti tas-CBCDG.
Sigurtà tas-sit
Għas-sigurtà tas-sit tagħna u biex niżguraw li dan jibqa’ disponibbli għall-utenti kollha, is-CBCDG juża programmi tas-softwer biex josserva t-traffiku tan-netwerk ħalli jidentifika tentattivi mhux awtorizzati biex tittella’ jew tinbidel informazzjoni, jew biex issir ħsara b’xi mod ieħor.
Links esterni
Dan is-sit fih links għal siti oħra. Is-CBCDG mhuwiex responsabbli għall-prattika tal-kunfidenzjalità jew għall-kontenut ta’ dawn is-siti.
Kif tikkuntattjana fuq is-sit
Jekk tixtieq tkun taf kif tintuża l-informazzjoni tiegħek fir-rigward ta’ dan is-sit, jew fuq il-politika tal-kunfidenzjalità u l-prattika tal-informazzjoni tas-CBCDG, ibgħat email lis-CBCDG.